Lokali

L-Indipendenza li ksibna tinsab mhedda – Mario De Marco

Waqt li kien qed jindirizza l-Mass Meeting tal-Indipendenza fil-Belt, Mario de Marco, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-poplu ngħaqad mal-Partit Nazzjonalista biex jiċċelebra l-kisba tal-Indipendenza għaliex kein il-partit li dejjem emmen fil-poplu Malti, fiż-żgħażagħ Matin u Għawdxin fil-kapaċita’ u fid-determinazzjoni tal-poplu.

Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li l-indipendenza hi dritt ta’ kull poplu. Iżda hi wkoll dmir fuq kulmin imexxi l-pajjiż b’mod ġust. Hu dmir li min imexxi, juża s-seta’ li ngħata b’mod għaqli. L-indipendenza mhix ċelebrazzjoni ta’ ġurnata. L-indipendenza hi stat ta’ fatt li tingħex kuljum.

Mario de Marco qal li l-indipendenza tat saħħa lil kull persuna.Tat saħħa lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż. Tat saħħa lill-parlament li jiddeċiedi b’mod indipendenti. Tat saħħa lill-awtoritajiet li jaħdmu b’mod awtonomu fl-interess tal-poplu.

Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li f’sentejn u nofs ta’ tmexxija ta’ Joseph Muscat, wieħed jistaqsi fejn spiċċat l-indipendenza. L-indipendenza ta’ numru ta’ awtoritajiet u istituzzjonijiet, fosthom il-MEPA, il-PBS, l-Armata, il-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Artijiet, u Identity Malta tnawwret. In-nies magħżula biex imexxi dawn l-awtoritajiet donnhom mhux qed jifhmu li qegħdin hemm biex iħarsu l-interess nazzjonali u mhux biex iħarsu l-interessi tal-Partit Laburista.

Mario de Marco qal li jrid jibgħat messaġġ ċar lil kulmin qiegħed jokkupa pożizzjoni pubblika. “Ftakru li l-lealta’ tagħkom hi lejn il-poplu kollu, lejn l-interess nazzjonali. Ftakru li llum jew għada tridu tatu kont għall-għemil tagħkom. Tħallux lill-politiżi jużawkom bħala paraventu biex jagħmlu dak li mhux fl-interess nazzjonali. Il-PN lest ikun it-tarka tagħkom u se jiddefendikom jekk tagħmlu d-dmir tagħkom.”

Mario de Marco qal li l-Gvern irid il-ħaddiema taċ-ċivil ma jarawx, ma jitkellmux u ma jisimgħux il-ħażin li jkun għaddej. Hu rrefera għall-attakki li saru mill-Gvern u mill-gazzetti tal-GWU sempliċiment għaliex eżerċitaw l-opinjoni tagħhom.

Il-Gvern irid jagġmel sarima ma ħalq il-ħaddiema tal-Gvern hekk kif qed jinkixfu skandlu wara ieħor.

Mario de Marco appella lill-ħaddiema taċ-Ċivil u tal-awtoritajiet biex ma jibżgħux fejn jaraw li qed isir il-ħażin. Il-PN mhu se jħalli lil ħadd ikasbar id-dritt tal-espressjoni u d-dritt tal-assoċjazzjoni. Dawn id-drittijiet iġġieldu għalihom missirjietna. Dawn huma drittijiet li gawdejna u ddefendejna għal 51 sena u ebda Gvern ta’ Musvau m’hu se jxellifhom.

Mario de Marco qal li l-Gvern qed jipprova jagħmel sarima anke ma ħalq l-Oppożiżżjoni biex jgħajjarha negattiva kull meta tikkritika. Qed jipprova jagġmel sarima billi ma jippubblikax l-informazzjoni u l-kuntratti. Qed jipprova jagħmel sarima lill-Oppożizzjoni billi juża x-xandir tal-Istat biex jagġti stampa partiġġjana u żbilanċjata. Qed jipprova jagġmel sarima ma’ ħalq il-media tal-PN billi ma l-Ministri ma jweġbux mistoqsijiet tal-ġurnalisti tal-media nazzjonalista.

Dan mhux se jaqta’ qalb l-Oppożizzjoni u l-PN se jibqa’ jgġid li l-pajjiż mhux sejjer tajjeb jekk in-numru ta’ nies fil-faqar jew f’riskju tal-faqar jibqa’ jiżdied. L-Oppożizzjoni se tibqa’ tgħid li l-poplu mhux sejjer tajjeb jekk il-prezz tal-fuel jibqa’ fost l-ogħla fl-ewropa. Se jibqa’ jgġid li l-ħaddiem mhux sejjer tajjeb jekk il-pagi mhux se jiżdiedu bl-istess rata ta’ qabel u n-nies jibqgħu ma jlaħħqux mal-ġajja.

L-Oppożizzjoni se tgħid li l-fabbriki mhux sejrin tajjeb jekk dak li jipproduċu u jesportaw jibqa’ jonqos. Se jibqa’ jgħid li l-pajjiż mhux b’saħħtu jekk il-pazjenti jibqgħu jmutu fil-kuriduri tal-isptar.

Mario de Marco sellem lill-kardjoloġista Albert Fenech li filwaqt li ħalla lil Franco Mercieca jkompli jopera meta kien Segretarju Parlametari waqqaf lil Professur Fenech meta dan seta’ jkompli jopera.

mass meeting

Mario de Marco qalli l-Oppożizzjoni se tibqa’ tgġid li l-Gvern ma jistax iħalli l-poplu fid-dlam dwar dak li ftiehem dwar il-power station, dwar it-trasport pubbliku dwar is-suppost universita amerikana, dwar il-kuntratt ta’ Henley and Partner u issa dwar id-drittijiet ta-tħaffir taż-żejt fl-ibħra Maltin.

Mario de Marco qal li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tinsisti mal-Gvern li jwettaq il-wegġda tat-trasparenza, tal-meritokrazija u ta’ politika responsabbli.

Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li f’nofs leġislatura l-Gvern qed jagġħel liema wegħdiet iwettaq u liema jwarrab. Hemm wegħdiet li qed jaġevolaw lil tal-klikka u jagħmlu lill-ftit aktar sinjuri. Fl-istess waqt hemm nies li mhux ilaqħħu mal-ħajja.

Dan mhux mod kif jitmexx pajjiż. Pajjiżns jixraqlu aħjar. “Ejja noħolqu l-ġid biex igawdi minnu kulħadd u mhux il-ftit. Ejja nsaħħu s-servizzi tas-saħħa bil-fatti mhux bil-kliem. Ejja nerġgħu nroddu fidużja fl-istituzzjonijeit tal-gvern, fl-Armata u fil-Pulizija. Ejja npoġġu l-ambjent verament fuq quddiem tal-interess nazzjonali.” qal Mario de Marco.

Din hi l-missjoni ta’ dan il-partit, partit li jrid jerġa’ jġib ġustizzja i jqassam il-ġid b’mod aħjar ma’ kulħadd, temm jgħid Mario De Marco.