Quddiem każ ieħor serju ta’ allegat korruzzjoni u abbuż, Joseph Muscat qed jagħżel li ma jieħu l-ebda azzjoni.
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li issa saret karatteristika ta’ Muscat, li jippretendi azzjoni minn ħaddieħor, filwaqt li hu ma jużax l-istess riga miegħu innifsu. Dan fid-dawl tad-dikjarazzjoni li saret mill-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament, li mhux se jikkumenta dwar Ian Borg.
Aqra iktar – Muscat jgħid li mhux se jikkummenta dwar is-Segretarju Parlamentari Ian Borg
Ir-rapport tal-Ombudsman dwar dan il-każ kien ġie mgħoddi lill-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni u jitkellem dwar abbuż fl-applikazzjoni għal permess għal żvilupp f’binja fir-Rabat.
Li Segretarju Parlamentari jkun investigat mill-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni mhix xi ħaġa normali, żied il-Partit Nazzjonalista, u kompla li f’każ bħal dan l-anqas li wieħed kien jistenna kien li l-Prim Ministru ineħħi lil Ian Borg għall-anqas sakemm jinqata l-każ.
Dan mhux l-ewwel każ li Muscat qed ikun dgħajjef biex jieħu deċiżjoni. Fosthom hemm il-każ gravi tas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon li għadhom ma ttieħdu l-ebda passi kontra tiegħu dwar l-iskandlu Gaffarena. Dan, minkejja li issa għaddew seba’ xhur.
Aktar ma jgħaddi żmien aktar qed toħroġ l-ipokresija politika ta’ Joseph Muscat, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>