Lokali

L-ispataturi fi Munich: “Ninsabu żewġ minuti biss bogħod minn fejn seħħet l-isparatura”

Alexei Tabone fortunatament jinsab tajjeb, iżda f’kummenti lil dan is-sit jirrakkonta kif bħalissa qed joqgħod biss żewġ minuti bogħod minn fejn seħħet l-isparatura fi stabbiliment ġewwa Munich.

Jirrakkonta mumenti ta’ paniku mmedjatament malli seħħ l-attakk, iżda fuq kollox biża’ għaliex l-aggressur irnexxielu jaħrab mill-post.

muunich malti

Bħalissa hawn preokkupazzjoni kbira, u kullimkien iġġammjat għaliex twaqqfu s-sistemi tat-trasport bl-intenzjoni li l-agressur ma jirnexxilux jaħrab fil-bogħod,” spjega Tabone lil MaltaRightNow.

Fil-waqt li jgħix biss żewġ minuti bogħod mill-istabbiliment kummerċjali li ġie attakkat, Alexei seta’ kien ferm eqreb hekk kif kien qed jippjana li jmur jagħmel xi qadi. Fortunatament ittardja, sakemm ħassar il-pjanijiet malli sema’ b’dak li kien qed jiġri.

“Għadu qed jiġri fostna,” kompla Alexei Tabone, kif jista’ jimmaġina preokkupat b’dak li qed iseħħ fil-waqt li jfakkar li ftit jiem ilu kien hemm attakk ieħor fil-Ġermanja. “Jidher li Munich qed issir it-tieni Pariġi fl-Ewropa.”