Internazzjonali Kurżitajiet

L-itwal bini fid-dinja se jkollu tul ta’ kilometru

L-Arabja Sawdija qed tibni l-itwal bini fid-dinja, li mistenni jkun kilometru ‘l fuq mill-art b’200 sular.

It-torri qed jinbena b’investiment ta’ €1 biljun, parti minn proġett ta’ aktar minn €2 biljuni u li fih se tkun qed tinbena belt ġdida jisimha ‘Jeddah’. L-iskyscraper filfatt se jkun jismu ‘Jeddah Tower’.

It-torri, b’tul ta’ elf metru, se jkun kważi 180 metru itwal mill-Burj Khalifa f’Dubai, li bħalissa għandu t-titlu prestiġjuż tal-itwal bini fid-dinja.

Biex jitlesta t-torri fl-202, jeħtieġ mal-5.5 miljun metru kwadru ta’ konkrit u aktar minn 80,000 tunnellata ta’ azzar. S’issa diġa nbnew 26 sular.

jeddah tower