Ambjent Lokali

L-MDA f’ħidma sabiex jiġu installati ‘solar farms’

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA, fi stqarrija ħabbret li se tibda taħdem biex fil-futur qrib, jibdew jiġu installati sistemi fotovoltajċi kbar magħrufa bħala solar farms.

Spjegat li dan huwa possibbli wara diversi diskussjonijiet ma’ l-awtoritajiet filwaqt li kompliet tgħid li l-iżviluppaturi se jkunu qed jgħinu biex jintlaqħu l-miri tal-Unjoni Ewropeja fil-qasam tal-enerġija sas-sena 2020.

L-MDA ħeġġet lill-awtoritajiet biex inaqqsu l-burokrazija żejda fil-proċess amministrattiv meħtieġ biex jitwettqu proġetti li jgħinu lill-ambjent bħalma huma s-solar farms.