Lokali

L-MTA twissi lin-nies biex ma jibqgħux jimxu fuq it-Tieqa tad-Dwejra

L-awtorita’ titlob lill-pubbliku biex ma jibqgħux jimxu fuq it-Tieqa tad-Dwejra

Waħda mill-miżuri li qed tieħu l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Kumitat tad-Dwejra, l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex u Nature Trust Malta hija li tiġi installata kamera biex tgħasses it-Tieqa tad-Dwejra f’Għawdex.

Miżuri oħra jinkludu titjib tas-sinjali fis-sit u aktar tixrid ta’ informazzjoni lil mezzi li għandhom x’jaqsmu mat-turiżmu biex jiżdied l-għarfien u t-Tieqa tiġi protetta aktar.

L-awtoritajiet qed jitolbu l-appoġġ tal-pubbliku biex titnaqqas il-ħsara fuq dan il-wirt ambjentali u kif ukoll saħqet li se tkun qed timbarka fuq kampanja għall-aktar ħarsien tat-tieqa billi n-nies ma jimxux fuq l-istess tieqa ħalli b’hekk tiġi preservata.

Saħqu li minkejja li r-riskju ma jidhirx imminenti, ħadd ma jista’ jipprevedi meta l-istruttura tista’ tkompli taqa’ b’mod naturali.