Lokali Qorti Saħħa

L-MUMN bi Protest Ġudizzjarju għar-rikonoxximent ewlieni għall-Fiżjoterapisti

L-Uffiċjali tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) se jippreżentaw Protest Ġudizzjarju f’isem l-Union biex jitolbu rimedju mill-Qorti. Dan wara li l-Public Administration Human Resources Office (PAHRO) ċaħad it-talba tal-MUMN biex tiġi rikonoxxuta bl-għarfien ewlieni għall-Fiżjoterapisti.

L-MUMN qed issostni li, skont in-numru ta’ persuni imsieħba, qed tgawdi l-maġġoranza assoluta tal-Fiżjoterapisti impjegati mas-Servizz Pubbliku. Il-Protest qed isir fil-konfront tal-Prim Ministru, tad-Direttur ġenerali tad-Dipartiment tas-Saħħa, tas-Segretarju Prinċipali Permanenti, tad-Direttur Ġenerali tal-PAHRO u tal-Avukati Ġenerali.

Minbarra l-Uffiċjali tal-Union, il-Protest tressaq ukoll mill-Group Committee tal-MUMN li jirrappreżenta lil dawn il-professjonisti. Il-Protest kien iffirmat mill-Avukat Chris Cilia.