Lokali

Filmat: L-Oppożizzjoni tippreżenta 145 proposta għall-qasam ekonomiku

Illum hija ġurnata importanti għall-Oppożizzjoni li qed toħroġ bi proposti ekonomiċi konkreti.

Hekk sostna il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil meta nieda d-dokument ‘Ekonomija għan-nies’ waqt preżentazzjoni li saret fil-bini tal-Parlament lill-membri tal-MCESD.

Busuttil qal li l-PN irid ekonomija għan-nies. U kien ghalhekk li l-PN fassal dan id-dokument li jiġbor fih 145 proposta konkreta għas-settur ekonomiku.

Il-Kap tal-PN qal li l-iżvilupp ekonomiku irid isir b’mod sostenibbli, bi pjan li tinbena soċjeta’ diġitali, u pjan li jinkludi ukoll lil Għawdex b’mod integrali.

Fl-istess laqgħa mal-membri tal-MCESD, ix-Shadow Minister Claudio Grech spjega li dan huwa working document illi se jkun qiegħed jitressaq għal proċess ta’ konsultazzjoni li se tkun mifruxa fuq numru ta’ xhur.

Il-bidu ta’ din il-preżentazzjoni lill-MCESD kienet imtappna mill-ġurnalista tal-media laburista illi daħlet fil-kamra tinterrompi bla ebda mistħija lill-Kap tal-Oppożizzjoni quddiem il-membri tal-unions preżenti.