Internazzjonali

L-Unjoni Ewropea: Is-Sindku ta’ Londra jemmen fis-sħubija tar-Renju Unit

Is-Sindku ġdid ta’ Londra, Sadiq Khan, qed isostni li jkun fl-aħjar interessi tar-Renju Unit jekk il-Britanniċi jibqgħu jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea.

Il-poplu Britanniku jivvota, ix-xahar id-dieħel, biex jiddeċiedi jekk jibqax ma’ dan il-grupp ta’ pajjiżi u Sadiq Khan, waqt diskors f’Londra, tenna li t-tkomplija tar-Renju Unit bħala membru tal-UE tirrifletti l-veru sens patrijottiku tal-Britanniċi.

L-eks-Sindku ta’ Londra, Boris Johnson, hu attivist tal-kampanja Brexit favur it-tluq tar-Renju Unit mill-UE u s-Sindku Khan, issa, qal li r-residenti ta’ Londra jistgħu jagħmlu differenza importanti fir-referendum tat-23 ta’ Ġunju li jiddeċiedi l-futur tar-Renju Unit.