Futbol Sport

Leicester jwettqu dak li deher impossibbli – Jirbħu l-Premier League Ingliż

Min qatt ħolom li llejla it-tim ta’ Leicester kien se jirbaħ il-Premier League Ingliż? Imma llum twettaq dak li deher impossibbli, Leicester saru Champions għall-ewwel darba fl-istorja tal-club li twaqqaf 132 sena ilu.

Is-sena l-oħra Leicester kienu f’sitwazzjoni fejn kienu qed jiġġieldu r-relegazzjoni, iżda llum sena wara, spiċċaw qed jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat wara li llejla Tottenham u Chelsea spiċċaw fi draw ta’ 2-2 u għalhekk Leicester ma’ jistgħu jinqabżu mill-ebda tim ieħor fl-aħħar 3 partiti li fadal.
Fil-bidu tal-kampjonat l-imħatri li Leicester jirbħu l-kampjonat ta’ din is-sena kienu ta’ 5000 għal 1.
https://www.youtube.com/watch?v=xWa0Z3t4S-U
Il-plejers illejla nġabru fid-dar ta’ wieħed mill-aqwa plejers ta’ Leicester, Vardy, u mat-tisfira finali infexxew jifirħu u jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat.
PAY-FOR-LEICESTER-CITY-SPORT-large_trans++qVzuuqpFlyLIwiB6NTmJwfSVWeZ_vEN7c6bHu2jJnT8