Internazzjonali

Lejn laqgħa storika, f’Kuba, bejn il-Papa u l-Patrijarku Kirill

Il-Papa Franġisku, il-ġimgħa d-dieħla jkollu l-ewwel laqgħa storika f’Kuba, mal-Patrijarka Kirill, li jmexxi l-Knisja Ortodossa Russa.

Mifhum li l-Papa se jieqaf Kuba waqt li jkun fi triqtu lejn il-Messiku u l-Knisja Ortodossa Russa qalet li ‘il-persekuzzjoni tal-Kristjani’ għandha tkun it-tema ċentrali għal-laqgħa tiegħu mal-Patrijarka. Il-laqgħa se tkun l-ewwel ta’ din ix-xorta minn żmien il-firda storika bejn id-denominazzjonijiet Kristjani tal-Punent u l-Lvant li feġġet fis-seklu ħdax.

Hu rrappurtat li l-laqgħa storika bejn il-Papa u l-Patrijarka Kirill se ssir fl-ajruport ta’ Havana, fejn il-kapijiet reliġjużi jiffirmaw dikjarazzjoni konġunta. Dak iż-żmien, il-Patrijarka se jkun għaddej ukoll bi żjara uffiċjali f’Kuba.