Lokali

Lezzjoni oħra mill-Vittorjosani: Il-Palmiżi joħorġu jgħinu lid-Dumnikani f’nofs maltempata

Il-maltempata b’xita u riħ qawwi li ħakmet lil pajjiżna għal sen’oħra kienet se tibqa’ mfakkra għall-ħsara fl-armar tal-festi, iżda fil-Birgu mill-ġdid serviet ta’ lezzjoni ta’ maturità u għaqda.

Dan hekk kif fil-Birgu, imlibbes libsa kkulurita ta’ armar għall-festa ta’ San Duminku tal-Ħadd li ġej, il-partitarji ta’ San Duminku ħarġu jiġru biex iżarmaw mal-ewwel qtar tax-xita, u dlonk ħarġu jassistuhom dawk affiljati mal-festa ta’ San Lawrenz.

Fost dawk li ħarġu bi ħġarhom biex jagħtu daqqa t’id kien hemm grupp imdaqqas ta’ żgħażagħ Palmiżi miġbura għal laqgħa, li dlonk irħewlha biex jgħinu lil sħabhom, minkejja li rivali tal-festa.

Vittoriosa

Sena ilu l-folja kienet bil-kontra, fejn il-maltemp ħakem waqt li l-Birgu kien armat għal San Lawrenz, bid-Dumnikani joħorġu jgħinuhom iżarmaw mill-iktar fis possibbli biex jevitaw il-ħsara.

Matul is-sena l-Palmiżi u d-Dumnikani jikkoperaw f’numru ta’ affarijiet oħra matul is-sena.