Lokali

Libjan isofri ġrieħi gravi wara argument f’San Ġiljan

Libjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart, kien involut f’argument fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Kif waslu fuq il-post, il-Pulizija sabu li Libjan ta’ 33 sena kien sofra ġrieħi wara li kien involut f’argument ma’ persuna oħra. B’dan ta’ l-aħħar jaħrab minn fuq il-post.

Il-Libjan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.