Lokali Qorti

Libjan jinżamm arrestat fuq akkużi ta’ stupru ta’ tfajla Ungeriża

Libjan ta’ 26 sena residenti San Ġiljan, Ezzedin Salem Elaoud, tressaq il-Qorti akkużat li fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu f’Paceville abbuża sesswalment lil tfajla Ungeriża ta’ 27 sena.

Quddiem il-Maġistrat Donatella  Frendo Dimech, il-Libjan ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, inkluż ukoll li attakka lit-tfajla u kkawżalha ġrieħi ħfief. Il-Libjan inżamm arrestat.

Il-Maġistrat ta’ l-għassa Joe Mifsud qiegħed imexxi l-inkjesta u ħatar bosta esperti sabiex jassistuh fosthom Mario Scerri, Martin Bajada, Marisa Cassar u Richard Aquilina.

L-Ispettur Matthew Spagnol qiegħed imexxi l-investigazzjoni.