Lokali Qorti

Ma jitfaċċax l-avukat tal-akkużat li ħebb għal Spettur tal-Pulizija

Ir-raġel li lbieraħ aggredixxa u weġġa’ spettur tal-Pulizija tressaq il-Qorti b’urġenza iżda s-seduta kellha tkun posposta peress li l-avukat tar-raġel baqa’ ma tfaċċax.

Ir-raġel ta’ 50 sena tressaq il-Qorti filgħodu wara li s-Sibt agredixxa lill-Ispettur tal-Pulizija Sergio Pisani wara li twaqqaf meta kien qed isuq fil-limiti tas-Srina fil-limit tar-Rabat. Hu tressaq il-Qorti ftit 24 siegħa wara li kien arrestat.

Ir-raġel tressaq fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida li ġiet żvelata mill-President tal-Union tal-Pulizija Sandro Camilleri.
Fost oħrajn sar magħruf li l-akkużat għandu storja ta’ aggressjoni fil-konfront tal-Pulizija u kien diġa weħel probation minħabba aggressjoni fuq membru tal-Korp tal-Pulizija. Skont Sandro Camilleri, ir-raġel “diġa ħebb għall-Pulizija drabi oħra qabel”.

Intant, ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada.