Lokali

Magħżula l-kanzunetti fi tmiem l-ewwel fażi ta’ għażla għall-Konkors Kanzunetta Indipendenza

F’dawn il-ġimgħat għaddej il-proċess li eventwalment se jwassal għall-Finali tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza.

Is-Sibt saret l-ewwel fażi ta’ għażla, bil-Ġurija semgħet il-kanzunetti kollha minn fuq is-CDs. Minn dawn intagħżlu 40 kanzunetta mill-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti u 21 kanzunetta mill-kategorija tal-Kantanti Ġodda.

Il-kantanti magħżula kienu dawn:
Kantanti Stabbiliti (Nome de Plum – Kanzunetta)
1. Turulu – Omm tal-Maltin
2. MJC – Bit-Tama
3. CM – Fakkarni
4. Santa Venera – Se Naslu Żgur
5. Mercieca – M’hawnx Isbaħ
6. Imħabba – Ħolma
7. Abbati – Fis-Sagristija
8. Fortuna – Ippruvajt
9. Redentur – Miraġġ
10. Għajnejn – Ħarstek
11. Ix-Xemx – Xemx Fiż-Żerniq
12. Qalbiena – Riħ mill-Punent
13. Spectrum – Speċjali
14. Baħar – Wasal iż-Żmien
15. Forsi – Ritratt
16. Ħin – Kemm se Ddum
17. Forsi – Xi Darba
18. Qalb – Inħobbok kif Int
19. Warda – Fjura li Ntfiet
20. Xorti – Ġenn
21. Mixja – Pass Pass
22. Ġenerazzjoni – Bla Firdiet
23. Balomba – Jien lilek irrid
24. Ħajja – Għal Ftit
25. Ċoff – Illum Naf
26. JJ – Nemmen
27. Imħabba – Tiegħek
28. Passat – Ħadd ma jaf
29. Fiduċja – B’Ħaristna ‘l Fuq
30. Gemini – Ma Nafekx
31. Waterfall – Ideal
32. L-Għawdxi – Sliem Għalikom
33. Fiduċja – Aċċettajt
34. Drift wood – Bħall-Oħrajn
35. Faith – Dawra Mejt
36. Parrukkier – Issibni
37. Il-Parrukkier – Polz Imħabbat
38. Scorpio – L-Għadu Tiegħi
39. San Dimitri – Saltna Fis-Sliem
40. July – Aħwa Maltin, Aħwa Għawdxin

Talent Ġdid (Nome de Plum – Kanzunetta)
1. Zija Marie – Soċjetà
2. Kevin – Tir
3. Malta – Flimkien
4. Għasfur – Sinjur Żgħir
5. Laurel – Illum
6. Festa – Kantali Waħda
7. Stripes – Inħobbok
8. Sagitarius – Bejn Ħaltejn
9. Blue Moon – Patrijott
10. Filgħodu – Sebħ Ġdid
11. Elvis – Ritmu
12. Thia – Pittura
13. 1565 – Vittorja
14. Ħajti – Jien Min Jien
15. Treble – L-Għajta Tiegħi
16. Lolu – Mhux Bħal Dari
17. MonaLisa – L-Istorja Tiegħi
18. Belle – Tama
19. Koppja – Flimkien qegħdin Ngħixu
20. Mħabba – Poeżija Talba
21. Swing – Strada Stretta

Fit-tieni fażi ta’ għażla, li se ssir is-Sibt li ġej (30 ta’ Lulju), il-kanzunetti magħżula jerġgħu jiġu interpretati quddiem Ġurija, din id-darba b’interpretazzjoni LIVE (half playback). Dakinhar, jintagħżlu 20 kanzunetta mill-kategorija ta’ Kantanti Stabbiliti u 10 kanzunetti mill-kategorija tal-Kantanti Ġodda.

Fit-tielet fażi, dawn il-kanzunetti jiġu mxandra fuq NET Television, hekk kif jinfetaħ it-televoting għall-kanzunetti kollha sal-fażi finali, bl-20 kanzunetta fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti jibqgħu għaddejin sas-serata finali.

It-tliet kanzunetti li jiġu bejn il-21 u t-23 pożizzjoni jikkompetu permezz tat-televoting biss biex kanzunetta waħda minnhom tidħol mal-finalisti.

L-10 kanzunetti fil-kategorija tal-Kantanti Ġodda jgħaddu minn proċess ta’ għazla (60% Ġurija, 40%televoting) biex sal-31 ta’ Awwissu jintagħżlu tliet kanzunetti li jikkompetu fis-serata finali.

L-24 kanzunetta mbagħad jikkompetu kollha flimkien fis-serata finali tad-19 ta’ Settembru, waqt il-Festi tal-Indipendenza, fejn ir-rebbieħa jintagħżlu minn Ġurija, filwaqt li t-televoting iwassal għall-premju separat tal-Pubbliku.