F’dawn il-ġimgħat għaddej il-proċess li eventwalment se jwassal għall-Finali tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza.
Illum saret it-tieni fażi ta’ għażla, bil-Ġurija semgħet il-kanzunetti kollha din id-darba b’interpretazzjoni LIVE (half playback).
Kanzunetti u kantanti magħżula Talent Ġdid;
Kanzunetta Kantant
Illum Sarah Camilleri
Vittorja Shaun Zaffarese
Kantali Wahda Matthias Brancaleone
Pittura Cynthia Zafferse
Tama Christabelle Cuschieri
Sebh Gdid Roberta Sacco
Bejn Haltejn Kylie Grixti
Ritmu Josuel Grech
Jien Min Jien Sherona Debono
Mhux Bhal Dari Charlene Mercieca Magro
Kanzunetti u kantanti magħżula Stabbiliti;
Kanzunetta Kantant
Se Naslu Zgur Dario Bezzina
Omm tal-Maltin Dorcas Debono
Fjura li ntfiet Laura Bruno
Fis-Sagristija Grecia Bezzina
M’hawnx Isbah Danica Muscat
Inhobbok kif int Ina u Dominic
Wasal iz-Zmien Neville Refalo
Bit-Tikketta Cherylis Camilleri & Mickhail Attard
Miragg Cherylis Camilleri &Mickhail Attard
B’Haristna l’Fuq Kaya
Fakkarni Mickhail Attard
Bla Firdiet Sebastian Calleja
Sliem Ghalikom Clive Muscat
Genn Kurt Galea
Accettajt Joseph Refalo
Ippruvajt Odessa Ann Green
Ghal Ftit Joseph Refalo
Harstek Karen Debattista
Ahwa Maltin,Ahwa Ghawdxin Danica Muscat
Rih mill-Punent Jessica Magro
Fit-tielet fażi, dawn il-kanzunetti jiġu mxandra fuq NET Television, hekk kif jinfetaħ it-televoting għall-kanzunetti kollha sal-fażi finali, bl-20 kanzunetta fil-kategorija tal-Kantanti Stabbiliti jibqgħu għaddejin sas-serata finali.
It-tliet kanzunetti li jiġu bejn il-21 u t-23 pożizzjoni jikkompetu permezz tat-televoting biss biex kanzunetta waħda minnhom tidħol mal-finalisti.
L-10 kanzunetti fil-kategorija tal-Kantanti Ġodda jgħaddu minn proċess ta’ għazla (60% Ġurija, 40%televoting) biex sal-31 ta’ Awwissu jintagħżlu tliet kanzunetti li jikkompetu fis-serata finali.
L-24 kanzunetta mbagħad jikkompetu kollha flimkien fis-serata finali tad-19 ta’ Settembru, waqt il-Festi tal-Indipendenza, fejn ir-rebbieħa jintagħżlu minn Ġurija, filwaqt li t-televoting iwassal għall-premju separat tal-Pubbliku.