Futbol Sport

Malta mistennija tilgħab kontra New Zealand

Hu mifhum li bħalissa l-Malta Football Association tinsab f’kuntatt mal-Federazzjoni tal-futbol fi New Zealand sabiex iż-żewġ teamijiet nazzjonali jilgħabu partita ta’ ħbiberija f’Ta’ Qali. Jidher li din il-logħba se tintlagħab f’data bejn il-21 u d-29 ta’ Marzu u din se tkun l-ewwel impenn tat-tim nazzjonali Malti għas-sena 2016.

Jekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ federazzjonijiet, il-logħba bejn Malta u New Zealand tkun l-ewwel darba li ż-żewġ timijiet ikunu qed jilagħbu kontra xulxin.

Din is-sena New Zealand lagħbu tliet partiti ta’ ħbiberija, fejn tilfu 1-0 kontra l-Korea t’Isfel, ġew draw ta’ 1-1 kontra l-Myanmar u rebħu 1-0 kontra l-Oman.