Lokali Unjoni Ewropea

Malta mwissija biex tindirizza lil dawk fir-riskju ta’ faqar

Il-Kummissjoni Ewropea wissiet lil Malta sabiex tindirizza lil dawk fir-riskju ta’ faqar f’pajjiżna. Dan hekk kif skont rapport ippublikat mill-Unjoni Ewropea juri kif f’Malta għandna rata ta’ faqar reġistrata, aktar għolja mill-medja Ewropea.

Ir-rapport hu l-Joint Employment li kien ippublikat il-Ġimgħa. Rapport li jispjega kif fl-2013 Malta rreġistrat it-tielet l-ogħla żieda fin-numru ta’ dawk li huma f’riskju ta’ faqar u dan fost it-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.

Skont il-Kummissjoni Ewropea d-definizjoni għal dawk fir-riskju ta’ faqar hi bbażata fuq persuni li d-dħul tagħhom u ta’ inqas minn 60% tal-paga medja nazzjonali wara li jkunu miżjuda l-benfiċċji soċjali.

Skont ir-rapport iż-żieda medja fl-Unjoni Ewropea ta’ dawk f’riskju li jispiċċaw fil-faqar, fl-2014 kien ta’ punt wieħed fil-mija. Dan ifisser żieda ta’ 1.2 fil-mija meta mqabbel mal-2012.

L-uniku żewġ pajjiżi li rreġistraw rata aktar għolja minn dik ta’ Malta kienet Ċipru u l-Portugall.

Dejjem skont l-istess rapport 13.6% ta’ dawk li għandhom bejn it-18 u l-64 sena huma l-aktar f’riskju ta’ faqar.