Internazzjonali

Maltempata oħra qalila fir-Renju Unit

epa05149997 Gale force winds lash the entrance to Newhaven Harbour, Newhaven , Sussex, Southern England, Britain, as Storm 'Imogen' tore along Britain's south coast on 08 January 2016. EPA/GERRY PENNY

Matul il-ġurnata tat-Tnejn partijiet mir-Renju Unit inħakmu minn maltemp qalil li ġab miegħu xita qalila u riħ ta’ madwar 100 kilometru fis-siegħa li ħakem in-Nofsinhar tal-Ingilterra.
Il-maltempata, imlaqqma “Imogen” l-aktar li qed teffettwa huma l-Lbiċ tal-Ingilterra u Wales. Il-maltemp ikkawża mewġ li laħqu l-20 metru barra l-kosta ta’ Cornwall, filwaqt li r-riħ qawwa għamel ħsara diversa fil-bini.
Il-maltemp wassal ukoll biex jitħarbat l-ivvjaġġar bil-ferroviji, u xuffiera ta’ vetturi kienu avżati biex joqogħdu b’seba’ għajnejn minħabba l-affarijiet li qed jinġarru mir-riħ qawwi.
L-Uffiċċju Meteoroloġiku ħareġ twissija ta’ allert minħabba r-riħ f’Wales u f’ partijiet mill-Ingilterra, fosthom anki Londra. L-aħħar darba li kien hemm riħ daqshekk qawwi fil-pajjiż kien fix-Xitwa tal-2013 fin-Nofsinhar tal-Ingilterra.
L-Uffiċċju Meteoroloġiku qal ukoll li se jkun hemm mewġ ta’ aktar minn 14-il metru, l-ogħla livell fuq il-World Meteorological Scale, għalkemm kelliem mill-istess uffiċċju qal li mal-blat tul il-kosta kienu qed jaħbtu mewġ ta’ bejn erba’ u sitt metri.