Lokali

Malti jinħatar President tal-ikbar kumpanija tal-ivjaġġar turistiku bil-ferroviji fid-dinja

Rocky Mountanier, l-ikbar kumpanija fid-dinja għall-ivjaġġar lussuż permezz tal-ferroviji u li topera mill-Kanada, ħabbret lil Steve Sammut bħala l-President ġdid tagħha. Sammut hu wild żewġ Rabtin li emigraw lejn il-Kanada.

Sammut ilu jaħdem mal-kumpanija Kanadiża sa mill-2012 meta laħaq Viċi President Eżekuttiv u Chief Financial Officer wara li okkupa wkoll karigi gġolja ma’ numru ta’ kumpaniji oħra.

Rocky Mountanier ilha topera sa mill-1990 u sa llum qdiet iktar minn 1.7 miljun passiġġier. Riċentament il-kumpanija ssemmiet bħala waħda mill-Best Managed Companies fil-Kanada.