Lokali

Malti u Iraqin jiġu fl-idejn fil-Furjana

Furjaniż ta’ 47 sena sofra ġrieħi ħfief wara li kien involut f’argument ma’ Iraqin ta’ 40 sena quddiem bar f’ Triq San Tumas, fil-Furjana.

Jidher li l-argument seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-17:15 meta ntalbet l-assistenza tal-Pulizija. Huma waslu fil-post immedjatament u sabu xi demm minħabba feriti li sofra l-Malti. Madankollu jirriżulta li dan sofra biss ġrieħi ħfief.

Iż-żewġ persuni ġew interrogati mill-Pulizija u qed jassistu fl-investigazzjoni biex ikun stabbilit x’wassal għal dan l-argument.