Lokali

Manuel Calleja – “Kont Laburist mit-twelid iżda llum għandi fiduċja sħiħa f’ Simon Busuttil”

Manwel Calleja wieħed mill-kelliema waqt l-ewwel diskussjoni politika fl-attivitajiet tal-indipendenza fil-Belt saħaq li ħassu sorpriż meta ġie mistieden biex jieħu sehem f’diskussjoni dwar l-onesta. Hu fakkar f’inċident gravi tat-traffiku li kellu. Ma jistax jiċħad li kien laburist kbir. Meta kellu l-inċident ġie bżonn l-għajnuna iżda saħansitra Ministru tal-Gvern tah dahru.

Kellu laqgħa ma Simon Busuttil li imlieh bil-kuraġġ. Hu kien emmen l-għajta ta’ Joseph Muscat ta’ Malta tagħna lkoll. Illum għaraf li din kienet għajta għal dawk ta’ madwar il-mexxejja laburisti biss.