Lokali

Manwel Cuschieri u Joe Grima jattakkaw lill-Arċisqof

Appell li għamel l-Arċisqof Monsinjiur Charles Scicluna biex ma tintużax art agrikola u mhux mittiefsa fiż-Żonqor Marsascala sab l-attakki mill-ex President tal-PL Manwel Cuschieri u tal-ex Ministru Laburista Joe Grima.

 

F’kitbiet separati Manwel Cuschieri u Joe Grima jattakaw lill-Arcisqof Scicluna fejn Manwel Cushieri jallegga u jattakka lill-PN u lill-Knisja b’konfoffi. Anzi jsostni li l-knisja hi satellita tal-PN u jallega li l-knisja waqfet biss milli tkun satellita tal-PN meta kien hemm Monsinjur Pawlu Cremona bħala Arċisqof.

 

L-allegazzjonijiet ta’ Manwel Cuschieri jkompli billi jallega li kien għalhekk li Monsinjur Cremona għamlulu ħajtu infern għax skont Cushchieri, Monsinjur Cremona ried iservi lil Kristu u mhux lill-PN.

 

L-attakk tal-ex President tal-PL fuq il-knisja u fuq l-Arċisqof preżenti jkompli billi jallega li l-Arċisqof Scicluna hu parti mill-PN.

 

L-esponent Laburista Manwel Cuschieri jiddikjara li hu m’għandux fiduċja f’Monsinjur Scicluna.

 

Fuq l-istess linji tal-attakk ta’ Manel Cuschieri, jikteb l-ex Ministru Laburista tat-tmenijiet Joe Grima. Bl-iskop li jipprova jirredikola lill-Arċisqof, l-ex Ministru Laburista Joe Grima jirreferi għall-Arċisqof bħala Chali u jsostni li wara l-programmi fuq Xarabank issa beda juri snienu u jipprovoka lill-gvern biex joħloq il-paroli u r-reazzjonijiet.

 

Wara li bħal Manwel Cushhieri jitkellem dwar Monsinjur Cremona, l-ex Ministru Laburista Joe Grima jallega li l-Arċisqof Scicluna jaf il-ħatra tiegħu lil ċorma qassisin politikanti magħrufa għall-indħil politiku tagħhom.

 

Joe Grima jżid fl-attakki tiegħu billi jallega li Monsijur Scicluna jaf fil-hatra tiegħu ukoll lil xi qassisin xellugin li skont Grima ġew ingannati.

 

Ma setax jonqos…..il-kitba tal-ex Ministru Joe Grima tmur fil-passat u tattakka lill-Arcisoqf Mikiel Gonzi fejn isostni li l-qassin tgħallmu t-tattika tal-Arċisqof Gonzi.