Lokali

Manwel Mallia u żewġ Ministri ġodda jieħdu l-ġurament tal-ħatra

Manwel Mallia dalgħodu rritorna uffiċjalment fil-Kabinett ta’ Joseph Muscat wara li, flimkien ma’ Chris Fearne u Jose’ Herrera, ingħata l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Dan wara r-reshuffle ‘farsa’ mħabbar minn Muscat ilbieraħ u li wassal għar-raba’ verżjoni tal-Gvern Laburista fl-aħħar tliet snin.

Minbarra l-ħatra mill-ġdid ta’ Manwel Mallia bħala Ministru, ilbieraħ il-Prim Ministru ħabbar li se jħalli lil Konrad Mizzi bħala Ministru responsabbli mill-Enerġija u mill-Proġetti tal-Gvern.

Għal dan it-taparsi ċaqlieq, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li issa għandna konferma li Muscat mhux biss kompliċi, iżda ostaġġ ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.