Internazzjonali

Maqtula minn tigri f’park taċ-Ċina

Żewġ nisa li kienu qed iduru bil-karozza f’wildlife park ta’ Beijing, spiċċaw aggrediti minn tigri wara li huma niżlu għal ftit mill-vettura. L-aħħar rapporti miċ-Ċina qalu li mara minnhom tilfet ħajjitha bil-ġrieħi li ġarrbet b’konsegwenza, u bl-oħra tispiċċa feruta sew.

Filmat meħud mis-sistema tas-CCTV wera waħda min-nisa ħierġa mill-karozza u tieqaf għal ftit, fejn fil-pront sfat attakkata minn tigra li kaxkritha ’l hinn. It-tieni mara nqatlet meta ppruvat tgħin lill-ħabiba tagħha u fejn hi spiċċat attakkata minn tigra oħra fl-inħawi.

L-inċident seħħ fil-Badaling Wildlife World fil-kapitali Ċiniża u r-rapporti qalu li l-ewwel mara kienet iddeċidiet li toħroġ mill-karozza minħabba argument sħun li nqala’ bejnha u l-mara l-oħra. Ingħad ukoll li raġel li kien fl-istess karozza tan-nisa u li, imbagħad, ipprova jgħin lill-vittmi, ma ġralu xejn.