Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fil-limiti tar-Rabat

Ritratt: Mill-arkivji

Kmieni illum seħħ inċident tat-traddiku fil-limiti tar-Rabat, fi Triq Gianpula. L-inċident seħħ għal ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra ta’filgħodu, fejn il-Pulizija marret mal-ewwel fuq il-post.

Għal xi raġuni mara Ingliża ta’ 39 sena intlaqtet minn taxi li kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Qrendi.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.