Iż-żagħżugħ ta’ 15-il sena Marcus Grima, plejer ta’ St.Andrew’s FC Malta mistenni jħalli Malta għal prova fl-Ingilterra ma’ Sunnderland. Iktar tard matul dan ix-xahar hu ghandu wkoll prova mal-klabb tas-Serie B fl-Italja Virtus Entella. Grima hu meqjus bħala wieħed mill-iktar plejers promittenti tant li fl-aħħar snin kien ġie mistieden ukoll għal ġimgħat ta’ taħriġ fl-Akkademja ta’ West Bromwich Albion fl-Ingilterra.
//= $special ?>