Lokali

Mario de Marco jippreżenta rċevuti li juru l-ħlas li għamel għal xogħolijiet fil-propjetà tiegħu minn Redmap

Fuq ix-Xandir tal-Istat, l-Erbgħa filgħaxija, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco ppreżenta l-irċevuti li juru l-ħlas li għamel għal xogħolijiet fil-propjetà tiegħu mill-kumpanija Redmap.

Għalhekk, hu xejjen għal kollox il-kritika u l-attakki personali li qed isiru fil-konfront tiegħu mill-Partit Laburista. Waqt il-programm Dissett, ippreżentat minn Reno Bugeja, Mario de Marco qal li l-ebda xogħol ta’ Redmap ma sar b’rigal.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista kixef il-gideb tal-Gvern fuqu u sostna li din l-istorja nħarġet mill-Partit Laburista meta moħħu żgur ma kienx fil-Panama. Redmap kien wieħed mill-kuntratturi li għamlu xogħolijiet fuq il-propjetà ta’ Mario de Marco.

Matul il-programm, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista qal ukoll li x-Xandir tal-Istat sar għodda f’idejn Kastilja biex jiddevja l-attenzjoni tan-nies minn temi jaħarqu, bħalma hu l-iskandlu tal-Panama.