Futbol Sport

Marsaxlokk jagħmlu d-double

Wara li rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, Marsaxlokk kisbu d-double meta għelbu lil Marsascala Nutrition Empire 8-5. Logħba li fiha Marsaxlokk ħlief għal gowl inizjali, qatt ma kienu minn taħt fejn mexxew il-logħba dejjem b’vantaġġ li setgħu jamministraw il-partita. Għalihom spikka s-solitu Ivan Vuksanovic li skurja tripletta.

Fi tmiem il-partita, il-Kap Eżekuttiv tal-BOV Paul Gauci flimkien mal-President tal-ASA Joe Caruana Curran preżentaw it-tazza lill-captain ta’ Marsaxlokk Christian Gialanze.

Ta’ min isemmi li din il-partita kienet l-aħħar waħda għal captain ta’ Marsascala Joseph Cremona li wara karriera ta’ 26 sena ddeċieda li jirtira fl-età ta’ 41 sena.