Lokali

Merħba mit-tfal tal-Primarja taż-Żejtun lid-Dukessa Camilla

It-tfal tal-Primarja Dun Alwiġ Camilleri kellhom l-opportunità li jilqgħu lid-Dukessa ta’ Cornwall Camilla f’attività li għaliha ħejjew numru ta’ attivitajiet fosthom kant, żfin u tpinġija.

Iż-żjara tad-Dukessa ta’ Cornwall saret ukoll fid-dawl li hi l-Patruna tal-Book Trust, hekk kif hi setgħet tara l-programm ta’ litteriżmu ‘Read with Me’ f’din l-iskola Primarja li tifforma parti mill-Kulleġġ San Tumas More fiż-Żejtun.

Wara baqgħet sejra fir-residenza tal-Kummissarju Għoli Ingliż f’San Pawl tat-Tarġa, fejn iltaqgħet ma’ diversi mistiedna li nġabru hawnhekk għal ċerimonja ta’ tifkira minflok fiċ-Ċimiterju Navali tal-Kappuċini fil-Kalkara fejn kellha ssir l-attività inizjalment, imma tħassret minħabba l-maltemp.

Fil-filmat il-kummenti tal-Kap tal-Iskola Ruth Cilia.