Lokali

Messaġġ ta’ għaqda matul iż-żjara tal-Prinċep Filippu lill-Anglikani

epa05044579 Britain's Prince Philip, Duke of Edinburgh, (L) chats with The Reverend Canon Simon Godfrey (C) (Chancellor, St Paul?s Pro-Cathedral) and Catholic Archbishop Charles Scicluna of Malta (R) as he visits St Paul's Pro-Cathedral in Valletta, Malta, 27 November 2015. Britain's Queen Elizabeth II, The Duke of Edinburgh, Prince Charles, Prince of Wales and Camilla, Duchess of Cornwall arrived on 26 November to attend the Commonwealth Heads of State Summit. Commonwealth leaders are meeting in Malta from 27 to 29 November. EPA/ARTHUR EDWARDS / POOL

Il-Prinċep Filippu aktar kmieni żar il-Pro-Katidral iddedikat lil San Pawl fil-Belt Valletta. Dan il-Katidral ilu mibni f’pajjiżna sa’ mill-1839 meta r-Reġina Adelaide, il-mara tar-Re William IV, poġġiet l-ewwel ġebla fil-post fejn qabel kien hemm il-Berġa tal-Ġermanja.

Dan il-katidral inbena għaliex qabel dak iż-żmien, il-komunità Anglikana f’Malta ma kelliex post ieħor fejn tiltaqa’ ħlief kamra fil-Palazz tal-Gran Mastru. Kien għalhekk li r-Reġina talbet lill-Gvern Ingliż biex itiha post biex tiffinanzja l-bini ta’ dan il-Katidral maestuż.

Il-Prinċep Filippu hu l-patrun tal-Anglikani f’Malta u għalekk din iż-żjara hi sinjifikanti b’mod speċjali għall-Anglikani f’Malta, li fuq wiċċhom kienet evidenti l-emozzjoni.

Barraminnhekk, din iż-żjara kienet sinjal tal-għaqda bejn il-Kristjani f’Malta, hekk kif mistieden kien hemm ukoll l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna. Filfatt, l-istess Prinċep irrimarka dan f’diskors li għamel.