Futbol Sport

Michael Valenzia u Jeffrey Farrugia mistiedna f’Replay tal-lejla

Il-partita bejn B’Kara kontra Hibernians se tkun fuq l-aġenda tal-programm Replay tal-llejla li jixxandar b’mod dirett fid-9:35pm fuq Net Television. Din il-partita se tkun qed tintlgħab illum fl-4pm fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’Qali u se tkun l-aħħar partita qabel jinqasmu l-punti fil-Kampjonat Premier.

Partita oħra ta’ interess u li żgur se tkun diskussa f’Replay illejla se tkun dik bejn Balzan u Floriana li ukoll se tintlgħab illum, fis-2pm fl-iStadium Nazzjonali. Il-mistiedna fil-programm tal-lejla se jkunu l-Viċi President ta’ Valletta, Alex Fenech u t-tim managers ta’ B’Kara u Hibernians, Michael Valenzia u Jeffrey Farrugia, b’dawn tal-aħħar fil-programm ta’ ġimgħa llu kienu f’battibek bejnithom dwar it-trasferiment li baqa’ qatt ma seħħ fir-rigward tal-captain ta’ Sliema Wanderers, Alex Muscat.

Michael Valenzia                                             Jeffrey Farrugia

Alex Fenech

F’Replay tal-lejla ikun hemm analiżi tal-partiti l-oħra ta’ tmiem il-ġimgħa, b’filmati tal-gowls u intervisti mal-protagonisti, inkluż filmati mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Sintendi ma tonqos ir-rokna popolari ‘Rajna u Smajna’ li ta’ kull ġimgħa twassal l-aħħar aħbarijiet riċerikati mit-tim tal-produzzjoni ta’ Replay.

Għaldaqstant illejla segwu edizzjoni oħra interessanti ta’ Replay li tibda fid-9:35pm. Il-programm tal-Ħadd hu mwassal bl-appoġġ ta’ diversi sponsors fosthom Gillette!