Internazzjonali

Miet l-attur Taljan Giorgio Albertazzi

Tħabbret il-mewt tal-attur veteran Taljan Giorgio Albertazzi fl-età ta’ 92 sena.
Albertazzi kien kiseb fama kemm bħala attur tat-teatru kif ukoll taċ-ċinema u kien wieħed mill-ewwel stilel tat-televiżjoni Taljana.
Il-familja tiegħu qalet li dan l-aħħar saħħtu kienet marret lura.
Ħafna kienu l-messaġġi ta’ sogħba għall-mewt tiegħu lbieraħ, bil-medja Taljana tiddeskrivih ‘l-aħħar imperatur tat-teatru Taljan’.