Kurżitajiet

Miet l-attur Taljan Giorgio Ariani

Tħabbret il-mewt tal-attur komiku Taljan Giorgio Ariani f’eta ta’ 74 sena.
Ariani kien spiċċa wiċċ magħruf fis-snin Sebgħajn u Tmenin permezz ta’ diversi films komiċi Taljani, fosthom dawk tal-karattru Pierino. Hu kien ukoll jieħu sehem f’ħafna spetakkli televiżivi dejjem f’parti komika kif ukoll jagħti leħnu lil diversi karattri tal-kartoons kif ukoll lill-karattru ta’ Oliver jew kif kien magħruf bit-Taljan “Ollio” tal-koppja komika Amerikana Stan Laurel u Oliver Hardy.