Internazzjonali

Miet l-eks Kanċillier Britanniku Geoffrey Howe

Geoffrey Howe, l-eks Kanċillier Konservattiv, miet fir-Renju Unit fl-età ta’ 88 sena. It-tobba qed jissuspettaw li Howe miet minn attakk tal-qalb, bil-Prim Ministru Britanniku David Cameron irodd ġieh lill-memorja tiegħu fejn qal li ‘l-Partit Konservattiv tilef wieħed mill-aqwa membri li qatt kellu’.

Lord Howe, li kien Chancellor of the Exchequer mill-1979 sal-1983 kien ukoll l-aktar Ministru li dam iservi taħt l-eks Prim Ministru ( u Kap Konservattiv) Margaret Thatcher. Hu serva wkoll f’diversi dekasteri oħra, fosthom bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Id-diskors tar-riżenja ta’ Howe minn Viċi Prim Ministru, fl-1990, kien daqqa ta’ ħarta kbira għal Thatcher wara li hi, ftit qabel, iddikjarat li r-Renju Unit ma kellu qatt jissieħeb fi proġett Ewropew ibbażat fuq munita komuni. Thatcher kienet irriżenjat ftit wara dan id-diskors famuż ta’ Howe fil-House of Commons ta’ Londra.