Internazzjonali

Miet l-eks President Iżraeljan Peres

epa05559688 A photograph of former Israeli President Shimon Peres is displayed before the start of a special cabinet meeting to mourn his death, in Jerusalem, Israel, 28 September 2016. Peres died on 28 September 2016 in Israel at the age of 93. EPA/RONEN ZVULUN/POOL

Tħabbret il-mewt tal-eks President Iżraeljan Shimon Peres f’eta ta’ 93 sena. Hu ddaħħal l-isptar minħabba attakk ta’ puplesija ġimgħatejn ilu.
F’Iżrael issa hemm stat ta’ luttu nazzjonali għal Peres li serva b’distinzjoni f’kull kariga ewlenija politika mindu Iżrael twaqqaf bħala Stat, fl-1948. Hu serva darbtejn bħala Prim Ministru, waqt li kien President Iżraeljan bejn l-2007 u l-2014.
Peres kien ukoll protagonista wara l-programm nukleari sigriet ta’ Iżrael u fl-1994 rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi ( li kien qasam mal-eks Prim Ministru Iżraeljan Yitzhak Rabin u l-eks Mexxej Palestinjan Yasser Arafat) għar-rwol tiegħu fin-negozjati għall-paċi bejn pajjiżu u l-Palestinjani li saru f’Oslo, fin-Norveġja, fl-1993.

Min kien Peres
● Imwieled fl-1923 f’ Wisniew fil-Polonja, illum Vishnyeva fil-Belarussja u ismu proprja kien Szymon Perski
● Elett għall-ewwel darba fil-Parlament Iżraeljan, il-Knesset, fl-1959 u serva fi 12-il Gvern differenti fosthom darba bħala President u darbtejn bħala Prim Ministru bejn l-1984 u l-1986, u għal darb’oħra mill-1995 sa l-1996. Hu mbagħad serva bħala President mill-2007 -2014.
● Hu serva wkoll bħala Ministru tad-Difiża, l-Affarijiet Barranin u l-Finanzi.
● Tul ħajtu hu kiteb għaxar kotba, ħafna biex issaħħaħ il-paċi fil-Lvant Nofsani.
● Apparti l-paċi mal-Palestinjani, Peres kien ukoll imdaħħal fil-ftehim ta’ paċi mal-Eġittu u l-Ġordan.
● Hu kien miżżewweġ lil Sonya Gelman, li mietet fl-2011, u kellu tliet itfal, Zvia, Chemi u Yoni.