Lokali

Miet wieħed mill-friegħ ta’ qtates abbandunati f’borża tal-plastik

Miet wieħed mill-friegħ ta’ qattus li lbieraħ instabu abbandunati u maqfula f’borża tal-plastik fi Triq iż-Żewwieqa, f’Għawdex.

Mill-ewwel deher li wieħed miż-żewġ friegħ, dak ta’ kulur oranġjo, seta’ ma jsalvax, mhux biss minħabba l-ħin li għamlu maqfula f’borża tal-plastik, imma wkoll għaliex sofrew minħabba l-kesħa.

Il-qtates instabu minn persuna li mill-ewwel fetħet il-borża tal-plastik u għamlet rapport meta dawn il-qtates kienu qed ibagħtu biex jieħdu n-nifs. Jirriżulta li l-qtates, kuntrarju għas-soltu, ilhom bejn erba’ jew ħames ġimgħat li twieldu.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ għandu jgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija bl-għan li jinstab min wettaq dan l-att.

13177348_10154075355030874_7321238443422043900_n13177666_10154075355270874_8357762056118600291_n