Miġbura €12,117 għal media aktar b’saħħitha

Inġabru €12,117 fil-Maratona bit-tema “Għal Media Aktar b’Saħħitha”, li xxandret fuq Radio 101 bejn ilbieraħ waranofsinhar u dalgħodu.

Permezz tal-Maratona, Manila Bottone u Russell Fenech żammew kumpanija lis-semmiegħa ta’ dan l-istazzjon għal 20 siegħa sħaħ – minn wara l-bulettin tal-aħbarijiet ta’ 12pm tal-bieraħ sat-8.30 ta’ dalgħodu.

Matul l-20 siegħa, numru sabiħ ta’ semmiegħa ta’ Radio 101 żaru l-istudios biex jiltaqgħu mal-preżentaturi tal-istazzjon, filwaqt li taw id-donazzjoni personalment biex jgħinu lill-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista.