Lokali

Mike seta’ mar fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli; imġedded l-appell għall-Ġermaniż rappurtat nieqes

Iż-żagħżugħ Ġermaniż rappurtat nieqes seta’ kien fl-inħawi ta’ Ħad-Dingli, skont informazzjoni ġdida ppubblikata fuq il-paġna ‘Where is Mike’ fuq Facebook.

Permezz ta’ din il-paġna qed isiru appelli biex jinstab Mike Mansholt, żagħżugħ ta’ 18-il sena li kien rappurtat nieqes fl-aħħar jiem. Mike ġie pajjiżna għal btala mingħajr ma kien akkumpanjat minn persuni oħra, iżda ma qabadx titjira lura lejn pajjiżu.

“Ħjiel ġdid jgħid li Mike intlemaħ ħdejn l-irdum ta’ Ħad-Dingli” intqal fuq il-paġna ‘Where is Mike’ filwaqt li kien imġedded l-appell għall-għajnuna mill-pubbliku fit-tfittxija taż-żagħżugħ. “Il-Pulizija qed jeżaminaw din iż-żona, imma aktar ma jkun hemm għajnejn ifittxu, aktar aħjar” jinkiteb fuq Facebook.

Aktarx Mike kien liebes liebes flokk blu ċar u bermudas griż jew malja blu. Hu kien qed iġorr basket iswed.


where is mike

dingli

mike missing