Kunsilli Lokali Lokali

Mill-Ħamrun għal Amatrice…’Serata Italiana’ b’risq il-vittmi

epa05508429 A handout image provided by the Italian Fire brigade shows italian fireworks working on collapsed and damaged houses in Amatrice, central Italy, 24 August 2016, following a 6.2 magnitude earthquake, according to the United States Geological Survey (USGS), that struck at around 3:30 am local time (1:30 am GMT). The quake was felt across a broad section of central Italy, in Umbria, Lazio and Marche Regions, including the capital Rome where people in homes in the historic center felt a long swaying followed by aftershocks. According to reports at least 37 people died in the quake. EPA/ITALIAN FIRE BRIGADE / HANDOUT HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun se jkun qed jorganizza ‘Serata Italiana’ b’risq il-vittmi tat-terremot ta’ Amatrice, f’inizjattiva proposta mill-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.

L-attività se ssir nhar is-Sibt 3 ta’ Settembru fi Triq il-Kbira San Ġużepp, bil-qofol tal-attivita’ tkun ikla b”Pasta all’Amatriciana’, li oriġina mil-lokalità t’Amatrice. L-ikla se tkun ikkumplimentata minn kant tipiku Taljan f’atmosfera Taljana, b’ġest ta’ solidarjetà ma’ dawk li ġarrbu l-effetti tat-terremot.

Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun qal li quddiem xeni bħal ma rajna f’dawn l-aħħar jiem ġewwa Amatrice u postijiet oħra fiċ-ċentru tal-Italja, diffiċli li wieħed jibqa’ sieket u ma jarax kif jista’ jkun t’għajnuna għal dawk in-nies milquta minn dan it-terremot.

Id-dħul kollu mill-attivita’ se jmur għal din il-kawża, bil-Kunsill Lokali tal-Ħamrun jappella lill-Ħamruniżi jattendu bi ħġarhom. Il-biljetti se jinbiegħu għall-prezz ta’ 10 ewro.