Internazzjonali

Mill-llum prezzijiet aktar rħas għal roaming madwar l-UE

Madwar l-Unjoni Ewropea mill-llum dawk li jużaw il-mobile meta jkunu msifrien ser jibdew igawdu minn rati aktar rħas tar-roaming. Fil-fatt meta wieħed isiefer f’pajjiż ieħor membru ta’ l-Unjoni Ewropea l-għola rata possibli ta’ roaming ser tkun ta’ ħames ċenteżmi kull minuta għal telefonata jew żewġ ċenteżmi għal SMS.

Dan it-tnaqqis fit-tarrifi tar-roaming ikompli jieħu s-saħħa f’Ġunju tas-sena d-dieħla meta l-konsumaturi Ewropej fosthom dawk Maltin ma’ jibdew iħallsu ebda tarrifa ta’ roaming sabiex b’hekk ma’ jkun hemm ebda differenza bejn meta wieħed juża l-mobile f’pajjiżu jew f’pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissarju Ewropew inkarigat mill-Ekonomija u s-Soċjeta’ Diġitali Oettinger minn naħa tiegħu sostna li dawn ir-regoli joffru protezzjoni lil kull Ewropew filwaqt li jagħmilha eħfef sabiex wieħed jaħdem u jagħmel kummerċ minn pajjiż għall-ieħor.