Lokali

Min huma il-Mexxejja taċ-CHOGM?

epa05044270 (Front row, L-R) Sri Lanka president Maithriipala Sirisena, Malta Prime Minister Joseph Muscat, Britain's Queen Elizabeth II and Commonwealth Secretary General Kamalesh Sharma at the CHOGM opening ceremony at the Mediterranean Conference Centre near Valletta, Malta, 27 November 2015. Commonwealth leaders are meeting in Malta from 27-29 November 2015. The leaders will address global issues such as climate change, building resilience in small states, trade and sustainable development, the empowerment of youth, gender equality and human rights. EPA/MATT CARDY / POOL

Iċ-CHOGM ilna nafu bih xhur u l-preparazzjonijiet ilhom għaddejjin gimgħat, biex f’Malta bhalissa qed nilqgħu fostna 53 mexxej jew mibgħut ta’ pajjizi differenti.

Filgħodu, l-mexxejja bdew jaslu sa’ minn kmieni filgħodu f’Dar il-Mediterran biex isegwu l-ftuh uffiċjali taċ-CHOGM u stajna ninnutaw numru t’affarijiet.

L-ixjeħ Kap ta’ Gvern hu l-Prim Ministru tal-Maurtitius Anerood Jugnauth. Għandu 85 sena.

L-izgħar hu l-Prinċep Abdul Mateen. Għandu biss 24 sena. Għalkemm teknikament, dan ma jgħoddx – għax hu biss mibgħut ta’ missieru – is-Sultan tal-Brunei.

L-izgħar Kap ta’ Gvern hu filfatt… il-Prim Ministru Malti stess, Joseph Muscat li għandu biss 41 sena.

Il-Commonwealth, b’53 pajjiż membru, għandha popolazzjoni ta’ aktar minn tnejn punt żewġ biljun persuna – li sittin fil-mija minnhom għandhom inqas minn tletin sena!

Iżda dan, żgur li ma jirriflettix l-etajiet tal-Kapijiet tal-Gvernijiet tal-Commonwealth, għax faċilment nistgħu ngħidu li bhalissa l-Commonwealth għandha grupp ta’ mexxejja pjuttost xiħ – filfatt, l-eta’ medja ghal kull Kap ta’ Gvern hi ta’ sittin sena.

U jekk ikollna inħarsu lejn kemm għandhom żmien il-mexxejja kollha f’daqqa – nispiċċaw b’total ta’ 3,175 sena!

Minkejja l-importanza tal-ugwaljanza fost is-sessi, sfortunatament, il-Commonwealth għandu biss żewġ mexxejja nisa – il-Prim Ministru tal-Bangladesh u l-Prim Ministru tal-Ġamajka. Imma nsomma, bejniethom, dawn iż-żewġ nisa’ għandhom tahthom iktar nies minn kemm hemm jgħixu fil-Kanada, l-Awstralja u r-Renju Unit f’daqqa!

U fil-grupp tal-mexxejja ma jonqsux in-‘newcomers’. Il-President tat-Tanzania laħaq fil-5 ta’ dan ix-xahar stess. Il-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau, laħaq ġurnata qabel – fl-4 ta’ Novembru.