Lokali

Minn għada: Skeda ġdida għal Net Television

Waslet il-ħarifa u dan  ifisser staġun ġdid għat-televiżjoni Maltija. NET Television bħas-snin ta’ qabel nieda skeda ġdida b’varjetà sħiħa ta’ programmi, programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, politika, sport, drama, lifestyle u tant programmi oħra.

Skeda li hi riżultat ta’ xhur ta’ ħidma mill-amministrazzjoni ta’ dan l-istazzjon, b’varjeta’ sħiħa ta’ programmi li tolqot il-gosti ta’ kulħadd u li tkompli issaħħaħ l-udjenzi ta’ NET Television.

Fost l-aktar programm li qed jibed l-attenzjoni tal-pubbliku hemm il-programm Min Imissu …

14102134_761395143964231_5599308200999674779_n

 

Ta’ kuljum se jirritorna Santa Monika, wara Net News, waqt li nhar ta’ Ħadd se jibda jixxandar It’s Morris. Tkompli wkoll is-sensiela Intriċċi. Ta’ kuljum Net Television se joffri l-programm Life & Style waqt li se joffri wkoll Quiz.

Il-programmi ta’ din l-iskeda se jkunu wkoll ta’ attrazzjoni għan-negozji li jixtiequ jirreklamaw ma dan l-istazzjon.