Lokali

Minn għada tariffi irħas għall-użu tal-mobiles meta tkun imsiefer

Minn għada, se jkunu eliminati l-ispejjeż addizjonali għall-użu tal-mobiles fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-konsumatur se jibda jħallas €0.05 għal kull minuta, €0.02 għal kull SMS li jibgħat u €0.05 għal kull MB ta’ mobile data.

Dan ifisser li r-roaming charges se jkunu erba’ darbiet inqas milli huma llum, filwaqt li fi żmien sena, iġifieri sa Ġunju tal- 2017, iridu jkunu jispiċċaw għal kollox fil-pajjiżi kollha membri, inkluż f’Malta.

Sa Ġunju tal- 2017 il-konsumaturi se jibdew iħallsu l-istess prezz għat-telefonati, SMSs u mobile data kull fejn ikunu – sew jekk ikunu f’pajjiżhom kif ukoll jekk ikunu qed jivvjaġġaw f’xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni.