Internazzjonali

Missili sparati mir-Russi ‘jinżlu fuq l-Iran’

Uffiċjali tal-Istati Uniti qalu li erba’ missili cruise li l-qawwiet tar-Russja sparaw lejn is-Sirja mill-Baħar Kaspjan ‘spiċċaw niżlu fl-art tal-Iran’.

Mhux ċar, iżda, jekk dawn il-missili kkaġunawx xi imwiet jew ħsarat.

Il-Ministeru tad-Difiża Russu naqas li jikkummenta. Dan meta l-qawwiet Russi, din il-ġimgħa, sparaw talanqas 26 missila cruise lejn miri speċifiċi fit-Tramuntana u l-Majjistral tas-Sirja.

L-aħħar aħbar ħarġet wara li n-NATO rrepetiet li beħsiebha tiddefendi lill-alleati tagħha ‘fid-dawl tal-attivitajiet militari tar-Russja li eskalaw fis-Sirja’.