Mistiedna waqt Xarabank attakkati verbalment fuq il-midja soċjali

Il-programm ‘Xarabank’ li xxandar il-Ġimgħa spiċċa fil-mira ta’ għexieren ta’ persuni li fuq il-midja soċjali attakkaw kemm lill-preżentatur Peppi Azzopardi kif ukoll lill-mistiedna Musulmani li tkellmu waqt il-programm.

Dawn ir-ritratti, meħuda mill-grupp “Daqshekk għall-Immigrazzjoni Llegali f’Malta” juru ftit mill-kummenti fil-konfront tal-preżentatur Peppi Azzopardi kif ukoll xi mistiedna tal-programm.

Il-programm tal-Ġimgħa ddiskuta l-integrazzjoni u l-inter-kulturaliżmu.

Mhux l-ewwel darba li l-grupp “Daqshekk għall-Immigrazzjoni Llegali f’Malta” spiċċa fiċ-ċentru ta’ xi kontroversja jew oħra minħabba l-kummenti, ħafna drabi, kkunsidrati bħala razzisti.

Dan minkejja li d-deskrizzjoni tal-grupp titlob li l-membri jkunu “kostruttivi u intelliġenti, kif ukoll edukati fil-kummenti tagħhom.” Id-deskrizzjoni tkompli titlob li ma jsirux kummenti razzisti għax “din hija ġlieda tal-imħuħ u l-ideat”.

xarabank 1 xarabank 3 xarabank 4 xarabank 2 xarabank 5 xarabank 7 xarabank 6