Lokali

Mixja Favur il-Ħajja fil-Belt Valletta

Għal sena oħra, il-Malta Unborn Child Movement organizza mixja favur il-ħajja fil-Belt Valletta.

Il-mixja bdiet minn Pjazza San Ġoroġ wara li l-grupp iltaqa’ mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz tal-President. Aktar tard, il-President ukoll inghaqdet fil-mixja li baqghet sejra sal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Għall-mixja kien hemm preżenti wkoll ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici, li f’kelmtejn tal-okkażjoni fakkret li l-Oppożizzjoni hi favur il-ħajja umana f’kull stadju tagħha anke’ meta t-tarbija tkun għada fil-ġuf, u huwa d-dover ta’ kulħadd li jidefendi l-ħajja ta’ min ma jistax jiddefendi lilu nnifsu.

Paula Mifsud Bonnici fakkret li fl-2012, Gvern Nazzjonalista kien għadda liġi li tipproteġi l-embrijuni u qalet li bħala pajjiż għandna nibqgħu ngħożżu l-valur tal-ħajja indipendentament minn x’jagħmlu pajjiżi oħra.