Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tar-Refuġjati, l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Mons Charles Scicluna żar il-Moskea ta’ Raħal Ġdid għal ħin ta’ talb. L-attività saret fuq inizjattiva tal-Kummissjoni Emigranti fi ħdan il-Knisja f’Malta, b’kollaborazzjoni mal-komunità Iżlamika.
Mons Scicluna ngħaqad fit-talb mal-Imam Mohammed el Sadi, kif ukoll ma’ mexxejja ta’ denominazzjonijiet Insara oħrajn u ma’ refuġjati Nsara u Musulmani. It-talb sar għall-paċi fid-dinja, partikolarment fis-Sirja u fl-Iraq.
//= $special ?>