Futbol Sport

Mourinho preżentat bħala l-manager il-ġdid tar-Red Devils

Il-Portugiż Jose’ Mourinho ġie preżentat uffiċjalment bħala l-manager il-ġdid ta’ Manchester United.

Mourinho, li għandu 53 sena, iffirma kuntratt ta’ 3 snin mal-klabb Ingliż.

Hu se jġib miegħu esperjenza kbira, b’karriera li matulha rebaħ xejn anqas minn 22 unur f’pajjiżi differenti.

F’kummenti li ta wara li ġie preżentat, Mourinho qal illi dan huwa mument speċjali għalih.

Wara r-rebħ tal-FA Cup taħt it-tmexxija ta’ Louis Van Gaal, Manchester United qed jittamaw li jibnu team illi jerġa’ jibda jissielet għall-unuri – partikolarment ir-rebħ tal-Premiership.